Piżelli / Peas

Last updated: 9th June 2009. The plants are still growing so the article will keep on being updated.

L-artiklu bil-Malti

Dis-sena ħa nipprova nkabbar ftit piżelli. Xtrajt ftit fil-bidu ta' Mejju u żrajthom kollha fl-għalqa wara li ħallejthom lejl fl-ilma kif qalli minn għand min xtrajthom. Dal-piżelli infatti kienu ftit partikulari għax kienu qishom miżbugħin b'xi permanganat jew hekk għax kienu vjola u x'ħin tfajthom fl-ilma beda jerħi xi ftit. L-għada ħaffirt 30 ħofra, pied 'l bogħod minn xulxin bejn wieħed u ieħor u tfajt 2 piżelliet ġo kull ħofra. Għattejthom b'pulzier ħamrija u tfajtilhom ftit ilma mhux ħażin kull waħda biex jaqbdu żgur.

Minn hemm bdejt insaqqihom kuljum b'bexxiexa. Kont qed nagħtihom madwar 10 litri ilma kull filgħodu.

Xi tużżana nibtu wara ġimgħa u 6 oħra nibtu fil-ġimgħatejn ta' wara. Mit-30 bejta li għamilt nibtu nofshom bejn wieħed u ieħor. Ħafna minnhom kulma nibtitilhom xitla waħda u l-ftit li nibtu t-tnejn li huma, ċaqlaqt l-iktar waħda dgħajfa f'bejta minn dawk li ma kinux nibtu. B'hekk issa għandi 20 xitla jikbru.

Matul ix-xahar ta' Mejju bqajt insaqqihom kull filgħodu b'madwar 2 bottijiet ilma kull xitla. Sa Ġunju kienu kibru bejn 2 pulzieri għal nofs pied. Uħud minnhom qishom ma jridux jikbru. Forsi qed ibagħtu s-sħana!

Fil-bidu ta' Ġunju waħħalt xi lasti fit-truf tar-raddi bil-piżelli u għaddejt xi spag minn waħda għal oħra, xi nofs pied 'l fuq mill-ħamrija. Dawn sabiex la jikbru x-xtieli jaqbdu magħhom u jkomplu telgħin 'l fuq. Il-piżelli suppost jitwal sa 6 piedi allura għandu bżonn xi ħaġa ma xiex jixxeblek.

Ma nafx x'razza ta' piżelli jridu jkunu biex jitwalu 6 piedi. Kont qrajtha minn fuq xi sit iżda meta rajthom ma qabżux il-pied, saqsejt lil sieħbi kemm normali jitwalu u qalli li l-iktar l-iktar, jaslu sa 2 piedi mxebilgin mal-art! Tagħmel aktar sens hekk għax tiegħi xi pied u nofs twalu l-iktar.

Fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju qtajt l-imżiewet. Uħud kienu xrafu mhux ħażin u anke sfaru. Ħallejthom ftit żejjed milli jidher għax anke l-weraq tax-xtieli kien beda jisfar.

Jekk hux ħabba li żrajthom tard jew normali ma nafx għalissa; pero' kull xitla għamlet bejn wieħed u ieħor 3 imżiewet u kull wieħed kellu bejn wieħed u ieħor 3 piżelliet siewja u xi 2 oħra mħassrin u mekulin mid-dud. Meta bdejt nifsdoqhom infatti bdejt insib kważi dejjem xi larva ġol-miżwet.

Ma tantx ġie jaqbel infatti għax jekk ikkalkulajt sew, għal kull 2 piżelli li żrajt, ġbart 3! Qas ħaqq l-ilma u l-paċenzja! Nisperaw li jekk is-sena d-dieħla niżra' fil-ħin, jagħmel aktar frott u jissaqqew waħedhom bix-xita!

Lessons Learnt

  • Peas need fresh air so it is best to sow them early, around February
  • Peas we get in Malta grow up to 2 feet (and not 6 as I had read somewhere). If not left sprawling on the ground, place poles and wire before planting the peas and pass horizontal threads/supports every 10cm or so.
  • Sow 2 peas in each 'nest'.
  • Peas are nitrogen fixers. If you have extra peas, rather than throwing them away, sow them randomly in areas where you will be growing other vegetables later. When tilling the soil, then till over these peas so that their roots can decompose in the soil providing nutrients to the vegetables that have been sown in their place.
  • Harvest the pods as soon as they start toughening.

Email (Optional):
Add your comment