Last updated: 9th June 2009. Plants are still growing so the article will keep on
being updated.
L-artiklu bil-Malti
Is-sena l-oħra kont pruvajt nkabbar ftit tadam imma ma kienux irnexxewli wisq. Kont
xtrajt pakkett żerriegħa u żrajthom kollha f'qasrija wiesgħa sakemm nibtu. Meta
kelli xitel pjuttost żgħar ċaqlaqthom u naħseb hemm kiddejthom ftit; kelli nistenna
ftit aktar. Waqt li qed jikbru ma żbarthomx anqas, għalkemm kont insaqqihom kull
filgħodu iżda xorta waħda t-tadam baqa' żgħir ħafna. Kiber biss sa qisu 'cherry
tomato'.
Din id-darba suppost tgħallimt x'għandi nagħmel u rrid nipprova noqgħod ftit aktar
attent. Ipruvajt ukoll żerriegħa kemm tal-pakkett u kemm żerriegħa li ġibt minn
tadama mdaqqsa li xtrajt. Fridthom fi qsari differenti ħa nkun nista' nqabbel u
nara jagħmlux differenza. Żrajthom fl-ewwel ġimgħa ta' Mejju. Għattejthom it-tnejn
b'xi nofs ċentimetru ħamrija biss ħalli ma jdumux ma jinbtu u ilma ma tajthomx wisq,
kemm żammejt il-ħamrija umda. Wara ġimgħa nibtu dawk tal-pakkett filwaqt li tat-tadama
ma qabdux.
Barra dawn li żrajt ġodda, kien għad fadalli xitla waħda minn tas-sena l-oħra li
baqgħet ħajja. Kienet għolja madwar 30cm. Dis-sena għamlet ħafna xita u naħseb b'hekk
żammett. Anke frott, baqgħet tagħmel matul ix-xitwa għalkemm żgħir. Ma tantx tajt
kasha u nfatti l-frott ħafna drabi kont insibu jitmermer mal-art. Ix-xitla kienet
f'nofs l-għalqa u qabel erġajt ħratt qlajtha u erġajt ħawwiltha taħt ħajt pjuttost
kenni li jħares lejn ix-Xlokk u allura jara x-xemx minn filgħodu sa wara nofs in-nhar.
Pruvajt immexxi x-xitla mingħajr ma nħarbat wisq il-ħamrija ta' mal-għeruq. Ħaffirt
ħofra fejn kont se nitfa' x-xitla u xarrabtha. Imbagħad poġġejt ix-xitla fiha u
erġajt saqqejtha b'ħafna ilma. Minn hemm 'il quddiem saqqejtha b'żewġ bottijiet ilma kuljum u għalkemm
għall-ewwel jumejn kienet qisha sejra għall-agħar, bdiet qisha tieħu r-ruħ u ż-żewġ friegħi
t'isfel tax-xitla bdew jikbru sew. Fergħa oħra żgħira li kienet fuq tax-xitla
ukoll bdiet tieħu r-ruħ għalkemm forsi ftit bil-mod.
Wara xi ġimgħa, biex insaqqiha, peress li naf li trid ħafna ilma, għamiltilha flixkun tal-plastic taż-2 litri mtaqqab ma' ġenbha u bdejt nimlih kollu kull filgħodu. Xorta l-flixkun kien jiżvojta f'inqas minn kwarta, mhux li kien idum ġurnata sħiħa jqattar imma tal-inqas, sal-għada filgħodu, il-ħamrija kienet tkun għada niedja.
Meta t-tadam tal-pakkett kienu diġa' kibru xi 3 pulzieri, nibtu l-ewwel 2 tadamiet li kont żrajt miż-żerriegħa tat-tadama. Kont għoddni armejthom iżda għidt ħa nipprova nagħtihom l-aħħar ċans. Bdejt nagħtihom ħafna ilma, mhux kemm inbixxhom u nżommilhom l-art umda bħalma kont qed nagħmel l-ewwel. Nassumi kont qed inħallihom bil-għatx wisq, imma tal-inqas, wara 3 ġimgħat nibtu. Sa daż-żmien, it-tadam tal-pakkett kien diġa' ħareġ 2 jew 3 werqiet (apparti l-ewwel 2 werqiet tal-bidu li jkollu t-tadam meta jinbet.)
It-tadama li hemm miżrugħa l-għalqa, wara 3 ġimgħat minn mindu mexxejtha qabdet ġmielha. It-3 friegħi li kellha komplew jikbru u mtlew bil-weraq għalkemm ma ħarġux friegħi ġodda mix-xitla. Qed jibdew anke l-ewwel fjuri għalkemm għadni qatt ma nzertajt waħda miftuħa u għandi l-impressjoni li qed jinxfu qabel ma biss jiftħu!
Fit-tielet ġimgħa ta' Mejju qbadt l-isbaħ 6 xitliet milli żrajt u mexxejthom f'bottijiet għalihom biex ikollhom aktar spazju u ħamrija milli kellhom fil-ħammiela. Dan għax innutajt li wħud mill-weraq kien beda jsir vjola minn taħt u l-parti l-kbira kienu qed jibjadulhom il-weraq. Li l-weraq u anki z-zokk kien qed isir vjola x'aktarx minħabba li x-xtieli ma kellhomx biżżejjed fosfru. Dan jista' jkun kemm għax il-ħamrija nieqsa minnu jew ħabba li ma kinitx sħuna biżżejjed. Għalfejn kienu qed jibjadu għadni s'issa ma fhimtx għalfejn. Il-weraq beda jifforma linji bojod qisu għadda xi bebbuxu minn fuq il-werqa. Eventwalment l-aħdar tal-werqa beda jitlaq, qisu qed jinħall. Li kien qed jifdal, dak l-abjad kien infatti l-iskeletru tal-werqa. Infatti l-werqa ma kinitx qed tinxef, fejn din is-soltu tibda tisfar u titqarqaċ, iżda minflok l-aħdar beda jitlaq minn ġol-weraq bil-mod il-mod. Jew minħabba nuqqas ta' sustanzi x-xitla kienet qed tiekol minnha nfisha, jew xi marda partikulari, imma ma sibtx wisq informazzjoni. Tal-inqas, mhux il-weraq kollu kien affetwat tal-istess xitla, allura żammew, speċjalment dawk li kellhom weraq kbir jew aktar minn 4 werqiet.
Fl-aħħar ta' Mejju ċaqlaqt ix-xitel minn ġol-ħmiemel u l-bottijiet għall-għalqa. Apparti s-sitta li kont diġa' għażilt, għażilt 8 oħra u tfajthom kull waħda f'bejtiet għalihom, pied u nofs 'il bogħod minn xulxin. Ix-xtieli kollha li kien għad fadal mbagħad tfajthom ta' malajr ħdejn xulxin, pulzier bejn kull waħda u minn hemm, f'idejn il-providenza jekk jibqgħux ħajjien jew le.
Ġimgħa wara, ħafna mix-xtieli li tfajt fil-bejtiet jidhru li se jieħdu sew. Xitla waħda biss qisha baqgħet kif kienet. Minn dawk l-40 li tfajt ġo xulxin, mietu xi 30 minnhom u hemm qisu 5 li qabdu sew. Id-dar għad għandi 4 xtieli żgħar minn dawk li kont ħadt minn tadama imma vera qed jikbru bil-mod. Xahar wara li żrajthom għadhom qas tellgħu 4 werqiet!!
Article in English
I tried to grow some tomatoes last year, but it did not work out so well. I had
bought a packet of seeds and sown them all in a wide pot until they sprouted. When
the plants were still rather young I moved them and I think that's where I harmed
them a little; maybe I should have waited longer. While they were growing, I did
not prune them either, although I watered them every morning but still, the tomatoes
did not grow much. It grew only to the size of a cherry tomato.
This time, I should have learnt what I need to do and I'm going to try to be more
careful. I also tried both buying seeds in a packet and getting the seeds from a
good sized tomato I bought. I sowed them into separate pots so I can compare and
see the difference. I sowed them in the first week of May. I covered them all under
just half a centimetre of soil so they wouldn't take long to sprout and I did not
water them much, I just kept the soil wet. After a week the packet seeds sprouted
while the seeds from the tomato did not take.
Apart from the ones I sowed now, I still had 1 plant from the previous year that
survived. It was about 30cm tall. It rained a lot this year and I think that's why
it survived. Even tomatoes, it kept producing during all Winter long although small
ones. I didn't care much for it and in fact I would notice the fruits rotting on
the soil most of the time. The plant was in the middle of the field and before I
tilled the field I moved it under a wall that's rather sheltered which faces south-east
and so it sees the sun from mid morning until the afternoon. I tried to move the
plant without disturbing the soil around the roots. I dug a hole where I was going
to place it and watered it. Then I paced the plant in it and watered it again plentifully.
From then onwards, I watered it daily with 2 cans of water and although for the first 2
days it was weakening, it started reviving itself again and 2 branches from the
bottom of the stalk started growing well. Another small branch at the top of the
plant started doing better as well, although a bit slower.